Welcome to Nadurjana.com

Email: peter@nadurjana.com

HOME
http://www.knightsofstpeterandstpaul.com/

 

Sunday Program 26 March, 2017

Presented by Peter Paul Portelli, Pauline Zahra, Josephine Dimech, Mary Abela and George Sammut.

 

 

 

 

Knights of St. Peter & St. Paul: http://www.knightsofstpeterandstpaul.com/

Maltese Cultural Centre Albion. Melbourne. Click to open link: https://www.facebook.com/Maltese-Cultural-Centre-Albion-568850423317001/

     

Guestbook

Click on Guest book to leave a message

Confraternity of the Knights of St. Peter & St. Paul 20th Anniversary June 2017

 

Thursday, 30 March, 2017

 

Nicca tal-Madonna f'Dar l-Imnarja

Minn Mario Muscat

 

Tista' żżur it-Torri ta' Santa Marija, f'Kemmuna

It-Torri ta’ Santa Marija, f’Kemuna se jerġa’ jinfetaħ għall-Publiku.

Dan it-Torri jmur lura sa żmien il- Granmastru Wignacourt li bena dan it-torri fl-1681.

Huwa kien deher fil-film The Count of Montecristo, bħala il- Chateau d’If. 

Din l-Art Ħelwa qalet li dan it-Torri se jinfetaħ mill-1 ta’ April sal-aħħar t’Ottubru.

It-Torri jkun mitufuħ kull nhar ta’ Tlieta, Erbgħa, Ġimgħa, Sibt u Ħadd u fil-festi pubbliċi. 

PS Chris Agius injured after he was hit by car on zebra crossing in Cospicua

Parliamentary Secretary for sport Chris Agius was injured this morning when he was hit by a car while crossing the road in Cospciua this morning, The Malta Independent has learnt.

The Labour MP, a member of the House of Representatives since 1996, was hit by a Kia Picanto as he was crossing Santa Tereza Street at 8am. The car was being driven by a 43-year-old woman of Birkirkara.

In a statement, the government said that Mr Agius, 55, suffered a broken leg and is in hospital for treatment.

The government said that Mr Agius was run over while on a zebra crossing.

In a statement, the Speaker of the House of Representatives, on behalf of the two sides of the House, wished Mr Agius a speedy recovery.

 


Wednesday, 29 March, 2017

 

L-ahhar tislima lill Silvana Portelli

Minn Mario Muscat

Illejla il-Poplu Naduri sellem ghal ahhar darba lil-Silvana Portelli li hallietna f eta zghira billi ppakja l-Bazilka tan-Nadur.

Il-Quddiesa tqaddset mil-ET Tieghu l-Isqof Mario Grech, Min din il Pagna naghtu l-kondoljanzi lil-Familja taghha kollha

Nadur in pictures

Dahlet Qorrot Road

By Mario Muscat

 

Chris Said jindika li vjaġġ bil-fast ferry se jiswa €4

Id-Deputat Nazzjonalista Chris Said sostna fil-Parlament li vjaġġ tal-fast ferry bejn Marsalforn u l-Port il-Knir se jkun jiswa €4 kull vjaġġ għall-Għawdxin.

Said kien qed jitkellem waqt l-aġġornament tas-seduta ta’ llejla tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

Il-Fast Ferry Service kien fost it-temi trattati minn Said li tratta wkoll ix-xiri kontroversjali ta’ pittura ta’ Mattia Preti għal €400,000, l-istat tat-toroq, il-proġett ta’ impjan għaddistallazzjoni tal-ilma fil-Qala u impjant għad-demel fil-Munxar.

Dr Said iddeskriva l-ħidma biex jitnieda l-fast Ferry Service bħala “ppjanar bażwi”. Huwa għamel diversi mistoqsijiet dwar dan is-servizz li mistenni jibda jopera fl-2018. Staqsa jekk hux minnu li l-bastiment li se jintuża se jkun jesa' 80 passiggier, u ma jieħux karozzi kif ukoll jekk hux minnu li dan se jorbot f’ Ta' Lisse il-Belt. Staqsa wkoll x’se jiġri minn dawk li jaħdmu f’postijiet differenti mill-Belt kif ukoll x’se jiġri minn dawk il-ħaddiema li

ma jsibux post fuq dan il-bastiment, fid-dawl tal-fatt li dawn illum jikru minibus biex iwassalhom miċ-ċirkewwa sad-destinazzjoni tagħhom. "Se jkollhom jikruhom xorta just in case?”, staqsa.

Pittura ta’ Mattia Preti

Huwa tkellem dwar storja, ippubblikata lbieraħ fuq MaltaToday dwar storja, kkonfermata mill-Ministeru għal Għawdex, li dan xtara pittura ta' Mattia Preti minn irkant fl-Ingilterra li swiet aktar minn €400,000.

Dr Said staqsa kif seta’ Ministru jixtri pittura kontra l-parir ta’ Heritage Malta biex din titpoġġa f’mużew li se jitmexxa mill-istess Heritage Malta u dan minn baġit ta’ €50,000. Staqsa min awtorizza din in-nefqa, u jekk kienx hemm l-approvazjzoni tal-Ministru għall-Finanzi.

 

Distillatur Ta' Ħondoq

Ikkummenta wkoll dwar tweġiba parlamentari fejn irriżulta li l-Gvern se jerġa’ jħaddem l-impjant tad-distillatur ta' Ħondoq ir-Rummien li ilu wieqaf 30 sena. Sostna li l-pjan, li qed jitwettaq bla konsultazzjoni, imur kontra l-wegħda ta’ indoor pool complex għas-sit imwiegħed mill-Prim Ministru Joseph Muscat fl-2012. Sostna li l-ġvern qed jiġi jaqa’ u jqum mir-residenti tal-Qala hekk kif qed jippjana li jerġa’ jħaddem dan l-impjant minkejja l-storbju kontinwu li jikkawża, u minkejja l-impatt fuq il-baħar tal-ilma salmastru mormi mill-impjant f’dak li hu sit Natura 2000.

 

Demmiela Ċentralizzata fil-Munxar

Id-Deputat Nazzjonalista rrefera wkoll għall-allegat ħidma biex id-demel ta’ Għawdex jinġabar fil-Munxar. Sostna li dan qed iqanqal tħassib tar-residenti li jafu biss li hemm min qed jagħmel kuntratti mar-raħħala kollha Għawdxin biex jiġbor id-demel kollu tagħhom u jieħdu l-Munxar biex jiġi pproċessat fi Triq Żgħawri, ftit metri biss mir-residenti.

"In-nies irrabjati, iżda ma neskludi xejn dwar Manoel Island" - PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern talab lill-MIDI sabiex jitkellem aktar mal-poplu, li fi kliemu hu rrabjat u jħossu stranġier għal Manoel Island. Madankollu ma weġibx x’se jkun il-kors tal-Gvern fil-ftehim tiegħu mal-iżviluppaturi.

Huwa u jwieġeb mistoqsijiet li sarulu mill-ġurnalisti, Muscat afferma li l-Gvern jixtieq sitwazzjoni fejn ikun hemm l-inqas żvilupp u l-aktar ftuħ li jiġi gawdut min-nies.

Sostna li Manoel Island għandha tibqa’ pulmun għaċ-ċittadini.

Mistoqsi dwar il-possibiltà li l-Gvern jixtri lura l-art mingħand il-MIDI, il-PM ma tax tweġiba diretta u ċara, iżda rrimarka li ma jista’ jiġi eskluż xejn, u li jeħtieġ li jinstab lok għal kompromess li minnu jgawdi l-poplu.

Saħaq li l-Gvern ma jiħux pjaċir li “jaħtaf il-propjetajiet tan-nies”.

Sadanittant, Muscat qal li jappoġġja lis-Sindku tal-Gżira, Konrad Borg Manchè, li sa issa wera oppożizzjoni netta kontra dan il-proġett li jqisu inaċċettabbli.

Il-masterplan ta’ Manoel Island ġie ppreżentat il-ġimgħa l-oħra fost ir-rabja taċ-ċittadini tal-Gżira u diversi NGOs, kif ukoll l-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku li qalu tagħhom dwar dan l-iżvilupp.

Il-proġett jinkludi lukanda, casino u kumpless tax-xiri, fost binjiet oħra, dawn qrib l-isptar Lazaretto.

Fost l-NGOs ewlenin kontra dan il-proġett hemm il-Moviment Graffiti, li qed jakkuża lill-MIDI li ċaħħad lill-poplu minn dal-post illegalment għal dan iż-żmien kollu, u issa ddeċieda li jagħmlu post għas-sinjuri.

Monday, 27 March, 2017

 

 

Il-huggiera f'Jum il-Lunzjata


Kummentarju ta' Kevin Sciberras.
Video Carmel Saliba 25.3.17. https://www.facebook.com/carmel.saliba/videos/10154238484551594/

Mill Kav. Carmel Saliba

Il-partiti jakkużaw lil xulxin bi ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti

Il-Prim Ministru Joseph Muscat akkuża lill-Partit Nazzjonalista li qed jikser il-ligi tal-finanzjament tal-partiti. F’attività politika organizzata fiż-Żejtun, huwa sfida lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista biex jippubblika dawk li Muscat sejħilhom “invoices foloz” li l-PN ħareġ f’isem żewġ kumpaniji tal-ikel li wieħed mis-sidien taghħom huwa db Group ta’ Silvio Debono.

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija ċaħad li huwa qed jikser il-ligi tal-finanzjament tal-partiti. Il-PN qal li huwa l-Partit Laburista li qed jikser din il-ligi.

Il-Prim Ministru kien qed jikkummenta fuq artiklu ppubblikat nhar il-Ħadd filgħodu fil-gazzetta Malta Today, fejn ġie allegat li l-invoices ta’ Media.link Communications ħarġu fuq isem il-kumpaniji Sky Gourmet u Malta Healthcase Caterers.

Skont il-gazzetta, Media.link Communications, li hi s-sezzjoni tal-midja tal-PN, irċiviet madwar €600,000 f’donazzjonijiet mingħand dawn iż-żewġ kumpaniji.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista ċaħdet din l-istorja u qalet li hi “gidba b’ċifri vvintati mill-bidu sal-aħħar.”

Il-Prim Ministru qal li ma tagħmilx sens li dawn iż-żewġ kumpaniji jirrikklamaw, għaliex ma jagħmilx sens li tirreklama baguettes b’xejn fuq it-titjiriet tal-Air Malta jew tas-soppa li tingħata lill-pazjenti fl-isptar.

Qal li l-invoices huma foloz u ġew maħluqin biex jaqbżu l-liġi tal-finanzjament tal-partit sabiex il-PN ikun jista’ jirċievi iktar mill-massimu ta’ €25,000 li tistabbilixxi l-liġi.

Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li fl-aħħar 4 snin, dan il-Gvern qassam lill-familji u n-negozji mingħajr ma żborsa lill-pajjiż billi qassam il-ġid li nħoloq. Qal li fis-snin ta’ qabel, il-pajjiż kien jonfoq dak li m’għandux, b’konsegwenza li jbatu uliedna u ulied uliedna. Saħaq li illum il-Gvern biddel id-direzzjoni u Malta bdiet tħalli wirt lil uliedha u ulied uliedha u mhux kambjali tad-dejn.

Dr Muscat qal li dan il-Gvern wera bil-fatti kif pajjiż jista’ jkollu ekonomija għan-nies li tikber, li toħloq iktar ġid, li tinħolqu iktar postijiet tax-xogħol, u li l-ġid ikum imqassam permezz taċ-childcare, pensjonijiet, tnaqqis tat-taxxa, u investiment fil-qasam tas-saħħa, fost oħrajn. Sostna li dan jagħtih sens ta’ kburija kbira, li ġej mill-fatt li dawn ir-riżultati ma ġewx wara għoxrin sena, iżda nkisbu wara erba’ snin. Qal li dawn kienu erba’ snin fejn il-Gvern biddel id-direzzjoni u għamel dak li kien hemm min qallu li hu impossibbli.

Il-PN jghid li l-PL qed jikser il-ligi

Il-PN, fi stqarrija qal li “il-partit ta’ Muscat” hu l-uniku partit li qed jikser il-liġi tal-finanzjament tal-partiti għax ma rreġistrax mal-Kummissjoni Elettorali u lanqas ma pprezenta  il-lista ta’ donazzjonijiet li rċieva. Il-PN qal li l-ogħla uffiċjali tal-PL u l-preżentaturi qed jitħallsu mit-taxxi.

Il-PN qal li “dak li għamel Simon Busuttil jikkonferma kemm ma jinxtarax għax minkejja xi donazzjonijiet li seta’ rċieva, xejn ma żammu milli jitkellem u jaġixxi fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi dwar id-deal tal-art tal-ITS.”

L-Imdina u r-Rabat skoperti bis-Seba' Visti

Jekk inti mara, u tixtieq li dis-sena tixxierek ma’ grupp ta’ nisa oħra għas-Seba’ Visti, il-Kummissjoni Nisa fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba tistiednek bi ħġarha.

L-attività se tittella’ nhar it-13 ta’ April, u t-trasport jitlaq mill-pjazza tal-Imqabba eżatt wara l-funzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka fit-8pm.

Is-seba’ visti jingħadu fil-knejjes tar-Rabat u l-Imdina.

Barra minn hekk, se jkun hemm l-opportunità wkoll li jinżaru wirjiet u attivitajiet oħra relatati mal-Ġimgħa l-Kbira.
Wieħed jista’ jibbukkja billi jċempel fuq 79539542, inkella għal aktar informazzjoni jżur is-sit tas-soċjetà minn hawn.

"Biddlilna ħajjitna" - Il-Papa jżur familja Musulmana

Ara il video hawn: https://vimeo.com/210103249

Waqt iż-żjara ta’ ġurnata li l-Papa Franġisku għamel lid-Djoċesi ta’ Milan ilbieraħ, sab ħin biex iżur familji foqra u ħabbat fuq bieb ta’ familja Musulmana li laqgħatu għandha b’idejha miftuħa.

Karim Mihoual, flimkien ma’ martu Hanane Tardana u t-tlett itfal tagħhom jgħixu f’dawk imsejħa d-Djar il-Bojod ġo Via Salomone.

Il-Papa żar dawn id-djar, fil-periferija ta’ Milan, li fihom jgħixu persuni foqra.

Karim Mihoual irrakonta mal-midja Taljana kif sema’ l-bieb iħabbat u kif fetaħ sab il-Papa ma' wiċċu.

“Jiena Musulman, imma għalija l-Papa huwa qaddis,” qal Karim. “Illum il-Papa biddlilna ħajjitna. Kuntenti mmens.”

Karim irrakonta kif il-Papa xorob tazza ħalib waqt li waqaf ftit tal-ħin biex jismagħhom u jkellimhom.

Kompla jirrakonta kif minkejja li huwa Musulman, ma ddejjaq xejn jilqa’ l-Papa għandu u saħansitra jbus idejh qabel ma telaq lura.

Sunday, 26 March, 2017

 

Sunday Request Program.

60 minutes of your favourite songs. Enjoy.

Wrestling at the Maltese Cultural Centre in Melbourne

Last night the Grand Masters Hall of the Maltese Cultural Centre was turned into a wrestling arena. It was a very successful event. 
People of all ages cames to enjoy a family atmosphere event.

The bar and kitchen of the Centre were well managed by the newly appointed Connie Briffa.
Thanks to all the volunteers mainly the family of Connie Briffa for helping in the in the bar and kitchen. 
Thanks to the new ladies Paula Scanlon and Sandi Didus for for committing to get involved in the committee and to help in the centre..

I am glad to have a committee build with new faces of second generation Maltese.

Thank you all for your support.

Peter Paul Portelli
President.

​Il-mexxejja Ewropej jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ għaqda f'Ruma

Taħt sigurtà massima wara l-attakk terroristiku ta’ Westminster fl-Ingilterra jumejn ilu, il-belt kapitali Taljana ta’ Ruma dalgħodu laqgħet lill-mexxejja tas-27 pajjiż tal-UE. Dan sar fl-okkażjoni tas-60 sena mit-Trattat ta’ Ruma li kienet l-ewwel pedament tal-UE fejn il-mexxejja Ewropej dalgħodu iffirmaw id-Dikjarazzjoni ta’ Ruma biex iġeddu l-wegħda ta’ futur maqgħud għall-Ewropa.

Fis-1.30pm kienu mistiedna għand il-President tar-Repubblika Taljan Sergio Mattarella. Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May ma attendietx għal din iċ-ċerimonja.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li se jkun hemm ukoll il-mitt anniversarju tal-UE, fejn iżda qal li tnissel ftit dwejjaq li ssir ċerimonja bħal din mingħajr ir-Renju Unit.

X’tgħid id-dikjarazzjoni

Id-dikjarazzjoni li ġiet iffirmata dalgħodu mill-mexxejja tal-UE, issejjaħ għal Ewropa iktar sigura permezz ta’ tisħiħ tal-fruntieri esterni u politika sostenibbli, effiċjenti u responsabbli dwar il-migrazzjoni.

Hemm ukoll sejħa biex l-UE twieġeb aħjar għat-tħassib taċ-ċittadini permezz ta’ kuntatt kontinwu mal-parlamenti nazzjonali. Hemm referenza għat-teknoloġija tal-informatika li għandha tintuża għal tkabbir u l-kompetittività tal-intrapriżi ż-żgħar kollha tal-Ewropa.

Jiġġedded l-impenn għall-ugwaljanza bejn nisa u irġiel, li jiġġieled kull forma ta’ diskriminazzjoni, esklużjoni soċjali u l-faqar.

Dwar il-bdil fil-klima, din id-dikjarazzjoni tafferma mill-ġdid is-sejħa għal ambjent iktar nadif u sigur.

Id-dikjarazzjoni tisħaq ukoll dwar l-importanza li filwaqt li tħeġġeġ id-diversità kulturali, isir kull sforz biex jiġi preservat u mħares il-wirt kulturali tal-Ewropa.

​Arrestati wara li daħlu f’dar biex jisirqu

Żewġ irġiel ġew arrestati wara li allegatament daħlu f’dar f’Santa Venera biex jisirqu.

L-irġiet ta’ 36 u 57 sena nqabdu mill-pulizija mir-Rapid Intervention Unit li nnutaw l-irġiel ħerġin jiġru minn ġo dar privata fi Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

Il-pulizija ssejħet għall-ħabta tas-7:15pm meta xi persuni semgħu xi ħsejjes mhux tas-soltu fuq il-bjut tagħhom.

Ftit wara, l-irġiel suspettati nqabdu u ġew arrestati. 

“Is-solidarjetà l-aqwa risposta għall-populiżmu” il-Papa lill-Mexxejja Ewropej

Il-Papa Franġisku qal lis-27 kap ta’ stat Ewropew li għandna nkunu miftuħa aktar għal nies oħra, u wiegħed li l-Ewropa tiskopri “tama ġdida fis-solidarjetà, li hi l-aqwa risposta għal forom moderni ta’ populiżmu.”

Il-Papa indirizza lill-grupp tal-mexxejja Ewropej fis-Sala Regia tal-Vatikan, fis-60 anniversarju tal-iffirmar tat-Trattat ta’ Ruma, li welled l-Unjoni Ewropea tal-lum.

Il-Papa ma ħalla l-ebda dubju għall-fatt li ma jniżżilx il-movimenti populisti. Fil-fatt qal, li dawn huma “l-frott tal-egotiżmu li jorbot lin-nies u jżommhom lura milli jħarsu lil hinn mill-viżjoni dejqa tagħhom.”

Il-Papa rrefera għal bosta temi politiċi ta’ bħalissa u semma l-kriżijiet li “jkattru l-biża’ u l-konfużjoni profonda fost in-nies.” Spjega li l-biża’ saret tispikka minħabba t-telfien tal-ideali.

Fakkar li fl-1957, il-fundaturi tal-komunità Ewropea kienu “mimlija tama u stennija, entużjażmu u ansjetà.” Qal li kellhom għan li jmur lil hinn minn għaqda ekonomika. 

Qal li l-fundaturi ifakkruna li l-Ewropa mhix ġabra ta’ regoli li jridu jiġu obduti, jew manwal ta’ protokolli u proċeduri. Spjega li l-Ewropa hi stil ta’ ħajja u mod kif tifhem lill-bniedem permezz tad-dinjità tiegħu, xi ħaġa aktar minn sempliċiment ġabra ta’ drittijiet li jridu jiġu mħarsa.

Filwaqt li ffokka paragrafu wieħed biss fuq l-identità Kristjana tal-Ewropa, il-Papa ddedika l-bqija tad-diskors twil tiegħu biex tkellem b’mod ġenerali dwar il-pedamenti ta-soċjetà Ewropea. Spjega li l-pilastri tal-komunità Ewropea huma “il-bniedem fiċ-ċentru, is-solidarjetà effettiva, dinja miftuħa, il-ħarsien tal-paċi u l-iżvilupp u l-ħeġġa għall-futur.”

Fost il-mexxejja Ewropej preżenti għad-diskors tal-Papa kien hemm il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani. 

Saturday, 25 March, 2017

 

Miss Lucy with Archbishop Ameritus Paul Cremona

Photos by Mario Muscat

Gozo yesterday

Broadcasting Authority situation a ‘constitutional crisis’ – Clyde Puli

PN MP Clyde Puli lashed out at the Broadcasting Authority Chairperson today, arguing that while the chairperson Tanya Borg Cardona is meant to perform her duty impartially, she was also granted a government position of trust.

Recently, BA employees launched an industrial action “stopping the Broadcasting authority from fulfilling its main function.”

 “This is a constitutional crisis,” he said, “steps need to be taken to address the crisis, whilst political responsibility needs to be shouldered. “

Mr Puli also referred to the situation reported throughout the past weeks by The Malta Independent, where recently appointed Chairperson of the Broadcasting Authority Tanya Borg Cardona was reportedly bullying her employees.

Last week employees took to the Parliament building to take industrial action against the Chairperson. Mr Puli claimed that tensions increased when, without anyone’s knowledge, the decision was taken to transfer the Broadcasting Authority to Valletta, so that the Hamrun offices could be used by the Economy Ministry.

He said the situation began “when Prime Minister Joseph Muscat appointed a person who is incompetent in the field to run one of the most important institutions for democracy in our country”.

“The Broadcasting Authority can never be impartial when the Chairperson is in a Government Position of Trust,” he said.

He pointed out that in the months leading up to the elections, the role of the Broadcasting Authority becomes more crucial, and “therefore the Prime Minister has to act quickly so that the situation will get back to normal”.

Opposition Leader Simon Busuttil recently stated that if he is to be elected, appointments of specific positions, such as that of the Chairperson of the Broadcasting Authority will be decided by a majority of two thirds of Parliament, whilst the Broadcasting Authority will be revised to decrease from the influences of political parties as much as possible.

Earlier, the Alternattive Demokratika sent a letter to President Marie-Louise Coleiro Preca, alleging a breach of the Constitution with regard to BA Chairperson Tanya Borg Cardona's appointment.

AD made reference to an article recently published by the Times of Malta, which read that Tanya Borg Cardona was employed in February last year through a government contract to work within the unit handling Malta's presidency of the EU, falling under Deputy Prime Minister Louis Grech.

"The Constitution states that members of the Authority cannot be public officials, as is allegedly the situation with Ms Borg Cardona and the ministry in question."

"As the guardian of the Constitution, we ask you to remove Ms Tanya Borg Cardona from her position if the allegations made in the respective article are true."

Government publishes Gozo drug bust inquiry terms of reference; name the ministers, PN challenges

Government publishes Gozo drug bust inquiry terms of reference

Following calls from the Opposition, the government this afternoon published the terms of reference for the inquiry being led by Dr John Vassallo into allegations of political interference in a Gozo drug bust in 2014.

The terms of reference are as follows:

  • To examine all the circumstances that led to the two youths mentioned in an article published in MaltaToday on 26 February 2017 allegedly changing their police statement after the intervention of political officials
  • To determine if the procedures and laws applicable under the circumstances had been followed
  • To determine if there had been any form of external intervention in the case
  • To make recommendations after examining all the facts
  • To present the report within three weeks' time

The government yesterday approved a request from Dr Vassallo for an extension of the inquiry's deadline, which has now been set for 5 April.

Name the ministers involved, PN challenges

In reaction, the Nationalist Party said that the publication of the terms of reference came a month late, and challenged the government to name the ministers who were allegedly involved.

"At this stage," the party said in a statement, "there is only one thing that [Prime Minister] Muscat can do: name the ministers who met late at night in October 2013, after which the two drug traffickers changed their statement.

"If he does not do that, Muscat will be defending those who traffic drugs."

 

 


Free Advertisements

Red line 5

The Webmaster has the right to accept or reject advertising on this website

 

 

Email: joeborg@fndeerpark.com.au

Website: http://www.fndeerpark.com.au