Uncategorized

Tintlaqat minn żiemel f’Għawdex

Posted on

Minn Sephora Francalanza Mara ttajret minn żiemel fir-Rabat, Għawdex. Il-vittma kienet qiegħda taqsam it-triq waqt it-tiġrijiet taż-żwiemel tradizzjonali li jsiru billejl waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-festa ta’ San Ġorġ. Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li seħħ dan l-inċident. Aktar dettalji malli jaslulna.

Uncategorized

Iħalli Malta biex isalva t-tfal; martu waħedha fl-anniversarju

Posted on

Il-bugħaddas ibbażat f’Malta jerħilha lejn it-Tajlandja biex isalva lis-subien maqbudin f’għar Minn Sephora Francalanza Bugħaddas Finlandiż li hu bbażat f’Malta huwa wieħed minn dawk li qegħdin jgħinu biex isalvaw lis-subien Tajlandiżi li għebu f’għar f’Chiang Rai, it-Tajlandja, ix-xahar li għadda. Mikko Paasi ħabbar fuq il-midja soċjali l-ġimgħa l-oħra li se jkun qiegħed jingħaqad fil-ħidma ta’ salvataġġ […]

Uncategorized

X’temp se jkollna skont Gejtu?

Posted on

Minn Charmaine Attard               Gejtu, bidwi Għawdxi, għadu jbassar it-temp skont l-Irwiegel. Tkellem mat-tim ta’ FirstMalta, sit indipendenti li jbassar it-temp b’mod xjentifiku. Skont is-sit, Gejtu qata’ t-temp għall-ewwel sitt xhur tas-sena: Jannar kien iddominat bir-riħ; nofs Frar bix-xita u l-kumplament bix-xemx; in-nixfa d-dominat f’Marzu; April ġabilna ħafna maltemp; ħafna […]

Uncategorized

Il-Papa Franġisku jappella għal iktar paċi waqt summit f’Bari

Posted on

Il-Papa Franġisku mexxa summit tal-mexxejja reliġjużi fejn fih talbu għall-paċi fil-Lvant Nofsani, sabiex jikkundannaw “qtil indifferenti” li qed iġib iktar vjolenza u jwassal għal eżodu tal-Kristjani. Il-Papa sejjaħ għas-summit fil-belt Taljana ta’ Bari fejn tkellem dwar dawk li sejjħilhom “sħabijiet suwed ta’ gwerra, vjolenza, u qerda, fundamentaliżmu, l-immigrazzjonu u l-abbandun”. Sostna li dan kollu tħalla […]

Uncategorized

Itfa’ qasrija biex iżżomm parkeġġ u teħel €100 multa

Posted on

LIAM CARTER  Minn qasrija sa kantun: xena komuni li tara fit-toroq Maltin biex jinżamm parkeġġ… Transport Malta twissi Riċentement il-gazzetta ILLUM irċeviet numru ta’ ilmenti dwar tendenza li donnha saret komuni fit-toroq Maltin jiġifieri dik li individwi jpoġġu strutturi diversi bħal xi qasrija jew xi siġġu biex iżommu xi spazju ta’ parkeġġ viċin ir-residenza tagħhom. Fid-dawl ta’ […]