Ll-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu beda l-vjaġġ tiegħu lejn il-parroċċi kollha Għawdxin

Minn Christoph Schwaiger

https://www.newsbook.com.mt/artikli/2019/01/13/filmat-tibda-z-zjara-fil-parrocci-ghawdxin/

Il-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu beda l-vjaġġ tiegħu lejn il-parroċċi kollha Għawdxin fuq xewqa tal-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech.

Fuq Facebook, il-parroċċa tax-Xagħra qalet li dan il-kwadru għamel l-ewwel waqfa tiegħu fil-Knisja tax-Xagħra lbieraħ. L-Isqof Grech u r-rettur tas-Santwarju ta’ Punu mexxew l-għasar fis-santwarju u wara beda l-vjaġġ lejn ix-Xagħra. Hemm saret it-talba tar-rużarju li kienet segwita b’quddiesa.

Iż-żjara tal-inkwadru qed isir bejn it-12 u s-27 ta’ Jannar fl-okkażjoni tas-Sena Djoċesana Marjana u l-400 sena tal-kwadru.

Diocese of Gozo

Jekk fis-Santwarju Ta’ Pinu jinħass il-vojt għax “is-Sinjura tas-Sema” illum rajnieha ħierġa biex tibda l-pellegrinaġġ tagħha fil-pjazzez tad-djoċesi t’Għawdex, qalbna tifraħ għax nafu li l-waqfa ta’ Marija fil-parroċċi ser timla ħafna qlub bit-tama.

L-Isqof Dun Mario Grech

Image may contain: one or more people and indoor
No photo description available.
Image may contain: one or more people, people sitting and indoor

Gerard Buhagiar

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *