Nadurjana

George Vella bla kumment għall-aħbar tal-Presidenza

Minn Sephora Francalanza

It-Tabib George Vella ma kellux kummenti x’jgħaddi dwar l-aħbar li l-Presidenza ta’ Malta qed tiġi offruta lilu, ladarba ttemm il-mandat tagħha l-President Marie-Louise Coleiro Preca f’April li ġej.

Skont il-kamra tal-aħbarijiet TVM, jonqos biss li Vella jaċċetta li jilqa’ din il-kariga, iżda meta Newsbook.com.mt ikkuntattjah għal kumment, huwa qal li ma jistax jgħaddi kumment għax ma jafx x’intqal fl-aħbarijiet.

Vella, li għandu 76 sena, kien Ministru tal-Affarijiet Barranin fil-leġiżlatura li għaddiet, bejn l-2013 u l-2017. Huwa ma kkontestax l-elezzjoni ġenerali ta’ Ġunju 2017. Huwa dam Membru Parlamentari mill-1978 sal-2017. Kien ukoll deputat mexxej tal-Partit Laburista.

Minbarra l-kwistjonijiet barranin, bħala tabib fil-professjoni tiegħu, Dr Vella jħaddan anke kwistjonijiet marbuta mas-saħħa u l-mediċina. Newsbook.com.mt kien tkellem miegħu f’April tas-sena li għaddiet, meta qal li hu kontra l-IVF, li l-abbozz ta’ liġi dwaru skontu “tgħawweġ l-etika, il-moralità, u d-dinjità umana.”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *