Nadurjana

Jeħel 10 snin ħabs talli stupra lill-kuġintu

Minn Monique Agius

Żagħżugħ akkużat li stupra lill-kuġintu fuq medda ta’ snin, instab ħati mill-Qorti u weħel 10 snin ħabs. Il-ġuvni li għandu 25 sena ġie akkużat li stupra u abbuża sesswalment minn kuġintu iżgħar minnu.

L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera tat is-sentenza tagħha wara ġimgħa għaddej ġuri. It-tfajla li issa għandha 16-il sena, qalet li l-abbuż seħħ f’diversi kmamar fid-dar ta’ nanna. L-avukati tad-difiża kienu argumentaw li l-allegazzjonijiet li saru mit-tfajla kienu foloz.

F’awla 14, l-atmosfera kienet intensa hekk kif l-Imħallef qrat id-deċiżjoni tagħha. L-Imħallef qalet li f’ċirkustanzi eċċezzjonali tista’ taċċetta xhieda li wieħed ikun sema’ mingħand ħaddieħor.

Minkejja li l-liġi inbidlet miż-żmien li seħħ l-inċident, il-piena applikabbli se tkun ta’ dak iż-żmien.

L-akkużat ġie ddikjarat ħati ta’ stupru aggravat minħabba li jiġi mill-vitma u weħel 10 snin ħabs. Id-difiża mistennija tappella s-sentenza. Il-familjari tal-akkużat u l-akkużat inifsu dehru imbikkma malli ngħatat is-sentenza.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *