Nadurjana

Ara liema għaqdiet Għawdxin bbenefikaw minn €97,000

Minn Josianne Vella

Fit-tieni edizzjoni tal-iskemi Ministry for Gozo Organisations Assistance u l-Isports Organisations Scheme, 23 għaqda volontarja u sportiva bbenefikaw minn €96,756 matul l-2018.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li tul it-tieni edizzjoni żiedu kemm l-applikazzjonijiet kif ukoll ttejbet ir-rata ta’ suċċess tal-applikanti. Hija semmiet li fl-2017 kienu 43% ta’ dawk li applikaw li bbenefikaw mill-fondi filwaqt li fl-2018 żdiedu għal-53%.

Caruana qalet li l-Kummissarju tal-Għaqdiet mhux Governattivi għat-trasparenza u l-kontabilità faħħret li aktar għaqdiet qed jibbenefikaw minn għajnuna diretta maħruġa mill-ministeru. Hija qalet din il-preżentazzjoni kienet xhieda li ħafna għaqdiet volontarji qed joperaw fis-soċjetà.

L-organizazzjonijiet li bbenefikaw minn dawn il-fondi huma: Għaqda Mużikali San Girgor, Friends of the Earth Malta, Soċjetà Filarmonika Santa Marija, Wirt Għawdex, The Gozo Youth Wind Band & Orchestra, Dcapitals Band, Mental Health Association Gozo, Soċjetà Filarmonika Mnarja, Gozo Half Marathon, Munxar Falcons F.C., Fondazzjoni Santa Ċeċilja A.D. 2013, Oratorju Don Bosco, Dar Ġużeppa Debono, Soċjetà Mużikali Santa Margerita, Soċjetà Filarmonika La Stella, Malta Federation of Professional Associations, Għaqda Ħbieb tal-Presepju Għawdex-Malta 1985 – Sezzjoni Nadur, The Scout Association of Malta, Arthritis and Rheumatism Association of Malta, The Classique Foundation, Għajnsielem Redcoats, Xewkija Tigers F.C., u S.K. Victoria Wonderers.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *