Nadurjana

Se tindaqq mota b’tifkira għal dawk li mietu fil-gwerra

Minn Nicole Borg

Fil-knejjes kollha f’Malta, għada f’nofsinhar, se tindaqq mota b’tifkira ta’ dawk li mietu fil-gwerra. Fi stqarrija l-Arċidjoċesi ta’ Malta spjegat li għada jaħbat il-100 anniversarju mit-tmiem l-Ewwel Gwerra Dinjija.

L-Arċisqof Charles Scicluna se jkun qed jiċċelebra Quddiesa Pontifikali f’Jum it-Tifkira, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

L-Arċisqof Scicluna ried li kull knisja parrokkjali kif ukoll il-knejjes l-oħra jingħaqdu f’din it-tifkira li sservi wkoll bħala talba ħerqana għall-paċi u għar-rispett għall-ħajja u d-dinjità ta’ kull bniedem. Permezz ta’ din l-inizjattiva, l-Arċidjoċesi ta’ Malta se tkun qed tingħaqad ma’ pajjiżi oħra madwar id-dinja li se jikkommemoraw tmiem l-Ewwel Gwerra Dinjija.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *