Nadurjana

“Parlament burdell; MPs tal-Gvern ħarġu jidħku”

Minn Christoph Schwaiger

https://www.newsbook.com.mt/artikli/2018/10/12/parlament-burdell-mps-tal-gvern-hargu-jidhku/

Il-Membru Parlamentari tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia qal li kien hemm burdell fil-Parlament dakinhar li l-MP tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li jemmen li Egrant hi tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Farrugia kiteb dan f’kumment fuq Facebook taħt share ta’ artiklu ta’ Newsbook.com.mt. Parti mill-artiklu rrapporta stqarrija tal-PD li qalet li dak li ġara fil-Parlament l-Erbgħa filgħaxija jfakkar lil Malta fl-agħar żminijiet tas- sebgħinijiet u t-tmeninijiet.

Farrugia qal li kien hemm ukoll affarijiet li mhux qed jidhru fuq il-kamera. Żied jgħid li kważi d-deputati tal-Gvern kollha ħarġu jidħku.

Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil qal li qed jistenna frame-up fil-konfront tiegħu wara dak li ntqal mill-Prim Ministru f’dik is-seduta.

Waqt li d-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil kien qed jitkellem fil-ħin tal-aġġornament il-qiegħa saħnet u minkejja li l-mikrofonu tiegħu kien mitfi, id-deputat Laburista Glenn Bedingfield instema’ jidgħi mid-Deputat Speaker Claudette Buttigieg. Min-naħa tagħha, Buttigieg keċċiet lil Bedingfield mill-Kamra tar-Rappreżentanti.

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *