Nadurjana

MEP bi pressjoni fuq l-HSBC biex jitlaq minn Malta

Minn Sephora Francalanza

L-MEP Ġermaniż Sven Giegold wissa li l-bank HSBC għandu jirtira minn Malta jekk Malta ma tagħmilx sforz biex taffaċċja l-ħasil tal-flus fil-pajjiż.

Giegold wiegħed li jdur kontra l-HSBC jekk il-Gvern Malti ma jiħux azzjoni biex isaħħaħ ir-regolamenti finanzjarji. “Jekk ma tinbidilx l-attitudni, inniedi kampanja biex l-HSBC jitlaq minn Malta,” qal Giegold lil The Sunday Telegraph, wara ż-żjara tiegħu f’Malta li sejħilha “diżappuntanti.”

Dan wara l-pressjoni li qed issir fuq l-MFSA mill-Unjoni Ewropea wara li l-Awtorità Bankarja Ewropea ma qablitx mal-mod kif Malta taffaċċja l-ħasil tal-flus, speċjalment fil-każ tal-Bank Pilatus.

Giegold ikkummenta li fil-laqgħat tiegħu tal-MEPs l-oħra mal-MFSA, l-uffiċjali tagħha bdew jaqbżu għall-aġir tagħhom minflok ma jisfurzaw iżjed dixxiplina.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *