Nadurjana

Eks suldat ta’ Gaddafi b’sikkina f’Paceville; jibqa’ arrestat

Minn Sephora Francalanza

Eks suldat tal-armata ta’ Gaddafi ma ngħatax ħelsien mill-arrest talli lbieraħ instab b’sikkina kbira mingħajr liċenzja f’Paceville.

Il-Libjan ta’ 31 sena, li joqgħod f’San Pawl il-Baħar, xehed mhux ħati ta’ dan, u talli tellef il-paċi pubblika u l-ordni.

Huwa ġie arrestat kmieni s-Sibt filgħodu wara li tkeċċa minn stabbiliment f’Paceville u allegatament kien se jħebb għal uffiċjal tas-sigurtà.

L-għajnuna legali tiegħu saħqet li għandu jinħeles għaliex hu sab is-sikkina xħin kien barra, u baqa’ jiddeverti f’Paceville minflok ma mar id-dar. L-avukat kompla jgħid li jekk ma jingħatax ħelsien mill-arrest, aktar jidher li hu ħati peress li kien hemm ħafna attenzjoni tal-midja fuq il-każ.

Madankollu, il-Prosekutur argumenta li peress li l-akkużat hu eks suldat fl-armata ta’ Gaddafi, hu kien ittrenjat juża armi bħal dawn. L-akkużat stess ammetta li kien trenjat juża armi ta’ din ix-xorta.

Il-Maġistrat Doreen Clarke ma tatx lill-akkużat il-ħelsien mill-arrest.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *