Nadurjana

Imut raġel wara operazzjoni; tinfetaħ inkjesta

Minn Charmaine Attard

Infetħet inkjesta Maġisterjali dwar il-mewt ta’ raġel ta’ madwar 70 sena, li miet wara li saritlu operazzjoni fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Sorsi infurmati qalu ma’ Newsbook.com.mt li bħala parti mill-inkjesta, se ssir awtopsja fuq il-katavru tar-raġel, li huwa Għawdxi.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ nhar it-Tlieta li għadda, iżda ma kinitx f’pożizzjoni li tgħaddi iktar dettalji, inkluż dawk tal-vittma u t-tip ta’ operazzjoni li saritlu. L-istess kelliema spjegat li tinħatar inkjesta dwar mewt fl-isptar, meta pazjent imut wara operazzjoni mhux ta’ natura riskjuża.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *