Nadurjana

20 jinqabdu f’roadblocks f’Għawdex

Minn Christoph Schwaiger

Għoxrin persuna nstabu li kienu qed jiksru l-liġi waqt 23 roadblock li saru mill-Pulizija f’Għawdex bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena. Fl-istess perjodu f’Malta, saru 262 roadblock, iżda l-Pulizija ma kellhiex informazzjoni dwar kemm minnhom instabu li kienu qed jiksru l-liġi.

Minn informazzjoni li akkwista Newsbook.com.mt mingħand il-Pulizija, l-aktar li saru roadblocks f’Malta kien f’April (90) filwaqt li saru l-inqas f’Mejju (26).

F’Malta: 4 testijiet tal-breathalyser fil-ġimgħa

Intant, il-Pulizija f’Malta tagħmel medja ta’ erba’ testijiet tal-breathalyser fil-ġimgħa. B’kollox bejn Jannar u Ġunju f’Malta saru 105 test. Fl-istess perjodu, il-breathalysers f’Għawdex intużaw sitt darbiet. Dan ifisser li per kapita, f’Malta, dan it-test sar 1.39 aktar milli f’Għawdex

L-amministratur tal-grupp fuq Facebook JESS – Justice to Ensure Safer Streets, Toni Ann Muscat, kienet qalet li l-għaqda tagħha kienet tat żewġ breathalysers lill-Pulizija ta’ Għawdex, li fi kliemha qed jiġbru t-trab. Qalet li dan huwa ta’ dispjaċir kbir għax swew €2,125.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *