Nadurjana

Ritratti: Għalfejn Sant ma ċapċapx lil Juncker?

Minn Beppe Galea minn Strasburgu

Il-Kap tad-delegazzjoni Laburista Alfred Sant ma pparteċipax fil-mument ta’ apprezzament li l-MEPs kellhom għad-diskors tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu.

Il-fotografi tal-Parlament Ewropew qabdu liż-żewġ Kapijiet tad-Delegazzjonijiet Maltin, kemm Alfred Sant għas-Soċjalisti u d-Demokratiċi u David Casa għall-Partit Popolari Ewropew, eżatt wara d-diskors ta’ Juncker.

Kif Juncker spiċċa d-diskors State of the Union, il-maġġoranza tal-MEPs qamu jċapċpu lil Juncker fi standing ovation twila. F’dan id-diskors Juncker ippreżenta l-inizjattivi li se taħdem fuqhom il-Kummissjoni Ewropea matul l-aħħar tmien xhur tal-mandat tagħha qabel l-elezzjonijiet Ewropej ta’ Mejju li ġej.

Filwaqt li Casa deher jipparteċipa f’din l-istanding ovation, Sant baqa’ bilqiegħda mingħajr ebda reazzjoni. Newsbook.com.mt talab lill-Uffiċċju ta’ Alfred Sant biex jispjega għalfejn Sant ma uriex apprezzament iżda sal-ħin tal-pubblikazzjoni din il-mistoqsija baqgħet mhix imwieġba.

European Union 2018

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *