Se tinbena mill-ġdid triq ewlenija fin-Nadur

Minn Nicole Borg |

Min-nhar it-Tnejn li ġej se jibda x-xogħol biex Triq l-Imġarr fin-Nadur terġa’ tinbena mill-ġdid. Dan ix-xogħol fit-triq arterjali bejn in-Nadur u l-Port tal-Imġarr tħabbar mill-Ministri għal Għawdex, Justyne Caruana.
Fi stqarrija mill-Ministeru għal Għawdex intqal li l-proġett jinkludi “l-bini mill-ġdid tat-triq, sistemi miżjuda ta’ sigurtà fit-triq biex jonqos ir-riskju tal-inċidenti u faċilitajiet biex is-servizzi neċessarji jgħaddu minn taħt it-triq.”
Il-Ministru Caruana spjegat li l-Ministeru qed jagħti importanza lil din it-triq minħabba li tinsab fi stat ħażin għax tħalliet mitluqa għal diversi snin.
Min-naħa l-oħra, il-Perit Godwin Sultana, li hu responsabbli mill-proġett, “qal li l-ewwel fażi tax-xogħol hi li jiġu konsolidati l-bażi tat-triq u l-ħitan li jżommuha. Wara jsiru l-gutters għas-servizzi neċessarji qabel jingħata wiċċ ġdid.”
Min-naħa tiegħu, is-Sindku tan-Nadur Edward Said sostna li bħala kunsill lokali kien ilhom iwasslu l-ilmenti tagħhom dwar din it-triq u l-periklu abbinat magħha. Appella lir-residenti biex sakemm ix-xogħol jitlesta jużaw alternattivi oħrajn kif proposti minn Transport Malta.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *