Jittella’ katavru ta’ żagħżugħ Rabti mill-baħar fix-Xemxija

L-Erbgħa, 12 ta’ Settembru 2018

Il-katavru ta’ Simon Psaila (ritratt), żagħżugħ ta’ 24 sena mir-Rabat, ittella’ mill-baħar fil-limiti tal-Veċċa, fix-Xemxija.

Għall-ħabta tal-5.15pm, il-Pulizija kienu nfurmati li kien hemm persuna mejta fil-baħar. Huma waslu fil-post flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li tellgħu l-katavru ta’ Psaila għal fuq l-art.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġstrat tal-għassa Yana Micallef Stafrace, li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-Inkjesta.

L-investigazzjonijet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *