Dun Ġwann Sultana jinħatar Arċipriet taż-Żebbuġ

Minn Christoph Schwaiger |

Dun Ġwann Sultana nħatar bħala l-Arċipriet tal-Parroċċa taż-Żebbuġ f’Għawdex.

Fi stqarrija, il-Kurja ta’ Għawdex qalet li wara li laqa’ r-riżenja tal-Kan. Reuben Micallef mill-uffiċċju ta’ Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, iż-Żebbuġ, Għawdex, l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech ħatar bħala Arċipriet lill-Kanonku Ġwann Sultana SThB.
Sultana ġej mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija, ix-Xagħra. Sakemm jieħu l-pussess kanoniku qed jinħatar bħala Amministratur Parrokkjali.

Il-Kurja qalet li Dun Ġwann Sultana twieled ix-Xagħra, Għawdex fl- 1971. Ġie ordnat saċerdot fl-1996. Huwa beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-Parroċċa ta’ Santa Luċija f’Ruma, u studja fl-Università Pontifiċja Salesjana.
Sa mill-1998 kellu l-kura pastorali tal-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati fix-Xagħra. Fis-sena 2000 ġie maħtur Direttur tal-Istamperija djoċesana Gozo Press, kariga li dam jokkupa sal-2013. Ġie maħtur Kanonku tal-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina fix-Xagħra fis-sena 2000. Huwa għallem fl-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof u bħalissa jgħallem fis-Seminarju Minuri ta’ Għawdex.
Illejla, l-Arċipriet il-ġdid iltaqa’ mal-parruċċani tiegħu wara l-Quddies:

Fuq Facebook, iż-Żebbuġin irringrazzjaw lill-eks Arċipriet Dun Reuben Micallef tas-snin li għamel imexxi l-Parroċċa.

Image may contain: 6 people, people smiling, people standing and text
Lill-Arċipriet Kan Dun Reuben Micallef
Fi tmiem il-parrokat tiegħu fiż-Żebbuġ

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *