Nadurjana

Maltemp f’nofs is-sajf?

Minn Newsbook

Awwissu jista’ jkun li jkollu xi sorpriżi. Iva, jista’ jkun li riesaq il-maltemp.

Skont is-sit First Malta, il-kuntrast bejn temperaturi sħan li qed jaffettwaw lill-Gżejjer Maltin  bħalissa, u temp iktar kiesaħ li qed joriġina mill-Punent, qed joħloq ċans ta’ xita matul il-weekend li ġej.

Is-sit indipendenti għat-tbassir tat-temp spjega li s-sistema Global Forecast System qed tindika maltemp fuq it-Tuneżija u l-Italja b’possibilità li x-xita tilħaq ukoll lil Malta.

Ix-xita mistennija bejn il-lejl tas-Sibt u l-Ħadd.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *