Nadurjana

Miet Hugo Chetcuti

Minn Beppe Galea

Newsbook.com.mt jikkonferma li l-impreditur ta’ 52 sena minn San Ġiljan, Hugo Chetcuti, miet aktar kmieni llum wara li nhar il-Ġimgħa filgħaxija qala’ żewġ daqqiet ta’ sikkina.

Newsbook.com.mt kellu informazzjoni sigħat ilu, li Chetcuti kien klinikament mejjet, iżda ma ppubblikajniex għax ma stajniex nikkonfermawha uffiċjalment.

Diversi rapporti kkonfermaw li Chetcuti miet mal-ġurnata wara li kien qed jinżamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei bil-kundizzjoni tiegħu mill-ewwel ġiet iddikjarata bħala waħda krtika.

Ir-raġel Serb li huwa akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ Chetcuti għadu jinżamm arrestat mill-Pulizija wara li s-Sibt tressaq b’urġenza fil-Qorti.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *