Nadurjana

X’temp se jkollna skont Gejtu?

Minn Charmaine Attard

 

 

 

 

 

 

 

Gejtu, bidwi Għawdxi, għadu jbassar it-temp skont l-Irwiegel. Tkellem mat-tim ta’ FirstMalta, sit indipendenti li jbassar it-temp b’mod xjentifiku.

Skont is-sit, Gejtu qata’ t-temp għall-ewwel sitt xhur tas-sena: Jannar kien iddominat bir-riħ; nofs Frar bix-xita u l-kumplament bix-xemx; in-nixfa d-dominat f’Marzu; April ġabilna ħafna maltemp; ħafna xita għall-aħħar ta’ Mejju; u xita fil-bidu ta’ Ġunju segwit minn ħafna sħana.

X’se joffru x-xhur li ġejjin?

Lulju se jkun iddominat mix-xita

Awwissu mewġiet ta’ sħana

Settembru jagħlaq bil-maltemp

Ottubru niexef għall-ewwel; xita għall-aħħar tax-xahar

Novembru kalm u b’temp sabiħ

Diċembru se jkun ħanin

Skont FirstMalta l-Irwiegel huma tradizzjoni antika li m’għandhiex tittieħed bis-serjetà. Imma tgħid il-bidwi Għawdxi se jaqta’ t-temp għall-bqija tas-sena?

L-irwiegel huma sett ta’ regoli li kienu jużaw fl-antik biex jippruvaw jaqtgħu kif se jkun it-temp is-sena ta’ wara.  Kienu jaqbdu t-12-il jum ta’ qabel il-Milied, mit-13 ta’ Diċembru sal-24 ta’ Diċembru u josservaw it-temp f’dawn il-ġranet. Imbagħad iqabblu kull ġurnata ma’ wieħed mit-12-il xahar tas-sena.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *