Nadurjana

Il-Papa Franġisku jappella għal iktar paċi waqt summit f’Bari

Il-Papa Franġisku mexxa summit tal-mexxejja reliġjużi fejn fih talbu għall-paċi fil-Lvant Nofsani, sabiex jikkundannaw “qtil indifferenti” li qed iġib iktar vjolenza u jwassal għal eżodu tal-Kristjani.

Il-Papa sejjaħ għas-summit fil-belt Taljana ta’ Bari fejn tkellem dwar dawk li sejjħilhom “sħabijiet suwed ta’ gwerra, vjolenza, u qerda, fundamentaliżmu, l-immigrazzjonu u l-abbandun”.

Sostna li dan kollu tħalla jseħħ filwaqt li bosta baqgħu silenzjużi u kompjaċenti.

Minkejja li l-Papa ma semma l-ebda post jew protagonist li jinsab f’xi tip ta’ kunflitt, jidher li fil-ħsieb tiegħu kien hemm il-gwerra tas-Sirja, li diġa qatlet mijiet ta’ eluf ta’ persuni u wasslu għal madwar 11-il miljun oħra sabiex jitilqu minn darhom, 6 miljuni minnhom ħarbu f’pajjiżi oħra bħala refuġjati.

Il-Papa kompla jgħid li l-indifferenza toqtol, u insista li x-xewqa tibqa’ li kulħadd jgħolli leħnu kontra din l-indifferenza qattiela. Insista li rridu nagħtu vuċi lil dawk li m’għandhomx.

Spjega li Lvant Nofsani bħalissa jinsab imbikkem, mimli sofferenza u silenzjuż filwaqt li oħrajn qed jagħmlu ħerba minn dawn l-artijiet sabiex ifittxu l-poter u r-rikkezza.

Id-diskors ġie segwit minn numru ta’ talbiet bit-Taljan, bl-Ingliż, bil-Griek, bl-Għarbi, bl-Armenjan u bl-Assirjan.

Il-Papa semma wkoll il-belt ta’ Ġerusalemm li sostna li minkejja li hija belt maħbuba minn Alla, qed tiġi mweġġa’ mill-bnedmin.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *