Nadurjana

Jinstab raġel mejjet fix-Xlendi

By Christoph Schwaiger

Raġel instab mejjet fix-Xlendi għall-ħabta tal-11:00 am.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-katavru nstab fi Triq iż-Żirżieb.

Sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li l-ġisem kien fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni.

Dwar il-każ infetħet inkjesta.

Il-Pulizija taħseb li r-raġel li kellu 75 sena miet minħabba l-età tiegħu. Hu kien joqgħod il-Munxar.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *