Filmat: 629 bejn sema u ilma: Spanja toffri li tilqagħhom

Beppe Galea

Spanja offriet li tieħu l-immigranti abbord il-vapur Aquarius li jinsab bejn Sqallija u Malta madwar 55km ‘il bogħod minn Malta.

Il-Prim Ministru Pedro Sanches, li ħa l-kariga l-ġimgħa l-oħra, ta struzzjonijiet biex il-vapur isalpa lejn Spanja u jiġi aċċettat fil-port tal-Lvant ta’ Valencia.

Fl-aħħar ħin, il-Prim Ministru Joseph Muscat irringrazzja lil Spanja li offriet li tieħu lill-imigranti filwaqt li qal li hemm bżonn isiru diskussjonijiet biex fil-futur ma jerġax iseħħ każ bħal dan.

Qal ukoll li Malta se tibgħat provvisti ġodda għall-immigranti fuq Aquarius.

Joseph Muscat

@JosephMuscat_JM

I thank PM @sanchezcastejon for taking in after broke international rules and caused a standoff. will be sending fresh supplies to the vessel. We will have to sit down and discuss how to prevent this from happening again.This is a European issue -JM

Ritratt: Reuters

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *