629 bejn sema u ilma: “Setgħet inqalgħet kriżi umanitarja” – il-PM

Mill-Parlament

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li fil-kwistjoni tal-bastiment Aquarius setgħet inqalgħet kriżi umanitarja minħabba li l-Italja kisret il-liġijiet internazzjonali.

Spanja offriet li tieħu s-629 immigrant abbord Aquarius li jinsab bejn Sqallija u Malta madwar 55km ‘il bogħod minn Malta.

Fi stqarrija Ministerjali li ta llum fil-Parlament, il-PM Muscat qal li tkellem dwar il-kwstijoni bejn Malta u l-Italja li nqagħlet fl-aħħar sigħat dwar il-bastiment ta’ salvataġġ ‘Aquarius’.

Il-Prim Ministru qal li “ħadd fl-Ewropa mhu se iħammrilna wiċċna meta idur fuq Malta u jgħidilha li mhux qed tagħmel xogħlha”.

Il-Prim Ministru qal li skont metodoloġiji użat mill-Unjoni Ewropea, Malta qed terfa’ l-piż tagħha u qed tagħti sehemha. Hu qal li per capita, Malta hija t-tielet l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li tilqa’ immigranti rregolari.

Muscat qal li dak li għamlet l-Italja f’dawn l-aħħar jiem imur kontra l-liġijiet maritimi u setgħet waslet biex eskalaw kriżijiet umanitarja.

Il-Pri Ministru qal li MV Aquarius kien qed itajjar bandiera ta’ Ġibiltà u hu mmexxi minn organizazzjoni Franċiża.

Il-Prim Ministru kompla jgħid li “Malta  la kienet l-awtorità li qed tikkordina (coordinating authority) u lanqas kellha l-kompetenza fuq is-salvataġġ (competent authority).

Spjega li l-MV Aquarius bdiet tipproċedi lejn l-Italja, fejn kellha tiżbarka skont il-konvenzjonijiet u bil-mod kif dejjem imxew l-affarijiet.

Waqt li kienet fl-ibħra internazzjonali, fi triqitha lejn l-Italja, u waqt li ma kien hemm l-ebda sinjal li d-dgħajsa kellha xi diffikultà, irriżulta li l-awtoritajiet Taljani taw ordni lill-MV Aquarius biex tieqaf fejn qegħda u ma tkomplix tipproċedi.

Huwa spjega dan ilbieraħ meta għamel kuntatt mal-Prim Ministru Taljan ġdid Giuseppe Conte. Bl-istess mod tkellem mal-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez u irringrazzjah talli aċċetta li l-bastimenti jidħol f’Valencia.

Muscat qal li l-Gvern kien aċċetta t-talba tal-UNCHR biex nisa tqala u tfal jitniżżlu Malta. Fl-istess waqt, il-Gvern bagħat ikel u ilma għas-700 mitt persuna abbord l-Aquarius.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *