Big Band Adventures fin-Nadur

MUŻIKA
Mużika ta’ Mozart, Jackson u Houston għall-kunċert Big Band Adventures fin-Nadur

Il-Banda Filarmonika Mnarja tan-Nadur se tkun qed torganizza l-Kunċert Sinfoniku Annwali ta’ Ġunju bl-isem ta’ Big Band Adventures fil-Pjazza ta’ San Pietru u San Pawl fin-Nadur.

Il-kunċert se jsir fis-16 ta’ Ġunju fid-9pm u permezz tiegħu se jitfakkar il-50 anniversarju mit-twaqqif tal-banda.  Għal din l-okkażjoni, dan il-kunċert se joffri spettaklu ta’ mużika minn films popolari, medley ta’ Mozart, Michael Jackson, Smokie, Saragossa, Whitney Houston, Guns N’Roses u Van Halen.

Għal din l-attività l-Banda se tkun taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Joseph Grech, bis-sehem tal-kantanti Jolene Samhan, Francesca Sciberras, it-tenur Stanley Portelli u l-kantant Ludwig Galea.  Id-dħul huwa b’xejn.  Il-kunċert qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tan-Nadur u l-Ministeru għal Għawdex.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *