Assassinju Daphne: Miċħuda t-talba li tinbidel il-Maġistrat

Christoph  Schwaiger  –  30/05/18 07:32 PM

Ġiet miċħuda t-talba ta’ Alfred Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, biex il-Maġistrat li halliet l-FBI tixhed titneħħa mill-każ.

L-avukat ta’ Alfred Degiorgio kien talab għar-rikuża ta’ maġistrat li ma aċċettatx it-talba tiegħu biex l-uffiċjali tal-FBI ma jixhdux fil-kumpilazzjoni tax-xhieda.

Id-difiża kienet qed toġġezzjoni għall-ħidma konġunta bejn l-FBI u l-espert tal-Qorti Martin Bajada li kien instab ħati f’każ ta’ frodi.

Degiorgio ħass li l-Maġistrat marret f’estrem bil-kummenti tagħha fis-sentenza tagħha. Qal li dan ifisser li m’għandhiex tkompli tisma’ l-kawża.

Din it-talba għar-rikuża tal-Maġistrat ġiet miċħuda dalgħodu.

It-tliet akkużati fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huma Alfred Degiorgio magħruf bħala “il-Fulu”, ħuh George Degiorgio “ċ-Ċiniż” u Vince Muscat “il-Koħħu”.

Daphne Caruana Galizia nqatlet fis-16 ta’ Ottubru 2017.

Ritratt: Reuters

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *