Charmaine  Attard

Raġel ta’ 36 sena mill-Mosta jinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li sitta oħra ndarbu fi splużjoni f’kamra tan-nar fl-inħawi magħrufa tal-Qadi fis-Salini.

L-isplużjoni seħħet għall-ħabta tas-2.15pm fil-kamra tan-nar Għaqda Piroteknika 11 ta’ Frar ta’ San Ġwann.

Skont il-Pulizija, fost il-midruba ttieħdu l-isptar ir-raġel li qed jissielet għal ħajtu, raġel ta’ 25 sena minn Ħad-Dingli li qed isofri minn ġrieħi gravi u mara ta’ 29 sena mill-Mosta li ġarrbet ġrieħi ħfief.

Fuq il-post marru numru ta’ ambulanzi, kif ukoll karozzi tat-tifi tan-nar.
Għadd ta’ pulizija ssorveljaw l-inħawi, bl-investigazzjoni ssir mill-Assistent Kummissarju Martin Sammut,

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali li qed titmexxa mill-Maġistrat Marcel Farrugia. mis-Supretendent Anthony Cassar u mill-Ispettur Elton Taliana.

Ritratt: Miguela Xuereb fuq info@newsbook.com.mt

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *