“Tefgħuli l-aċtu fuq il-karozza waqt li kont fil-knisja”

Christoph  Schwaiger

Mara qalet fuq Facebook li waqt li kienet fil-knisja tal-Kappuċini tal-Kalkara xi ħadd tefa’ l-aċtu lejn il-karozza tagħha.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li sar rapport dwar l-inċident li seħħ fi Triq Santa Liberata. B’konsegwenza tal-likwidu, saret ħsara mad-dawra tal-karozza u tqaxxret ukoll iż-żebgħa.

Skont il-mara l-inċident seħħ bejn it-7:45 am u s-12:45 pm illum.

Ritratt: Meħud minn Facebook

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *