Filmat: Possibiltà ta’ bomba ma’ bieb fil-Għargħur; Raġel fil-periklu tal-mewt

Christoph  Schwaiger

 

Splużjoni fil-Għargħur ma’ bieb ħalliet persuna fil-periklu tal-mewt.

Jidher li din kienet aktarx bomba ma’ bieb ta’ razzett fi Triq l-Isqof Gargallo fil-Għargħur.

Il-vittma huwa raġel residenti l-Għargħur stess u għandu 42 sena.

Huwa ttieħed b’urġenza l-isptar Mater Dei.

Il-Pulizija kkonfermaw ma’ Newsbook.com.mt li ġew infurmati bl-inċident għall-ħabta tat-3:05pm.

Sorsi qalu ma’ Newsbook.com.mt li l-vittma huwa sid ta’ razzett u ndarab waqt l-isplużjoni. Żiedu jgħidu li dan ma kienx każ aċċidentali.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Audrey Demicoli.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet sabiex tiġi stabbilita d-dinamika ta’ dan il-każ.

Din l-istorja qed tiġi aġġornata.

Ritratt: Adrian Stivala

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *