Mill-ġdid inċident ieħor fit-triq ewlenija ta’ Għajnsielem

L-Erbgħa, 16 ta’ Mejju 2018

Illum seħħ inċident tat-traffiku ieħor fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem – ħabta li ħalliet persuna feruta.

Sorsi mid-depot ikkonfermawlna li l-inċident seħħ dalgħodu, liema inċident kien wieħed gravi kif jixhdu dawn ir-ritratti esklussivi li kiseb NET news.

Jidher li għal xi raġuni karozza baqgħet dieħla f’pick-up li kien ġej mid-direzzjoni opposta. Persuna weġġgħet ħafif f’din il-ħabta.

F’dawn l-aħħar snin, f’din it-triq seħħew aktar minn 80 inċident tat-traffiku.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *