Il-Gvern m’għandux ibigħ il-patrimonju Malti

L-Erbgħa, 16 ta’ Mejju 2018

– Marthese Portelli, PN

Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli appellat lill-Gvern biex il-Palazz ta’ Selmun ma jinbigħx għaliex dan hu parti mill-patrimonju Malti.

Fil-parlament Martehse Portelli qalet li fit-30 ta’ April l-Ministru Edward Scilcuna qal li l-Gvern qiegħed fil-proċess biex ibigħ il-lukanda Selmun u l-Palazz ta’ Selmun. Hi semmiet diversi skandli ambjentali li seħħew u sostniet li dawn l-iskandli seħħew fuq artijiet pubbliċi li ngħataw mill-gvern lil erba’ min-nies tal-qalba bi ftit flus. Fost dawn hemm iż-Żonqor, il-Baċir Numru 1, l-Australia Hall u l-isptarijiet.

Id-deputat Nazzjonalista appellat biex il-poplu jassigura li l-patrimonju Malti ma jibqax jinbigħ fi ftit flus biex ħaddieġor jaqla’ l-miljuni. Hi sosniet li l-Prim Ministru jrid jifhem li l-art pubblika u l-proprjetà pubblika mhix tiegħu iżda hi tal-poplu kollu.

Marthese Portelli semmiet il-proġett li se jsir flok l-ITS. Il-gvern nefaq €74 miljun biex irrilokat l-ITS iżda -sit tal-ITS inbiegħet biss €15-il miljun. Il-Palazz ta’ Selmun hu skedat fi Grad 1, sostniet Marthese Portelli, li kompliet li għandu jkun hemm trasparenza fejn l-elettorat ma kinx trattat b’rispett. Għandu jkun hemm applikazzjoni korretta tal-policy tal-ippjanar. Mhux ġust li investitur ikun diskriminat jew aġevolat fuq ħaddieħor.

Hi staqsiet min se jħallas għall-mina għat-traffiku fil-proġett ta’ Pembroke u staqsiet għal-liema master plan qed jirriferi l-Prim Ministru meta tkellem mal-ġurnalisti. Dwar l-art pubbliku, Marthese Portelli qalet li mhix tal-Prim Ministru iżda tal-poplu. Hi semmiet il-proġett ta’ Pembroke u qalet li s-sit tal-ITS hu 24,000 metru kwadru.

Ftit snin ilu l-Gvern biegħ biċċa art oħra żgħira ta’ 650 metru kwadru qrib ir-round about ta’ Paceville lejn San Ġiljan għall-prezz ta’ €3.2 miljun iżda l-art tal-ITS biegħa biss €15-il miljun. Li kieku l-gvern kellu juża l-istess kejl l-art tal-ITS kienet tiswa €130 miljun.

Hi semmiet Fort Cambrdige li fiha 9,000 metru kwardu l nbiegħet €54 miljun; art li hi tleit darbiet iżgħar minn tal-ITS. Il-konsulenti tal-gvern qalu li l-art tal-ITS tiswa €200 miljun. Il-Gvern għandu jispjega kif xi ħadd imur jffirma l-kuntratti tal-appartamenti meta l-kuntratt mal-gvern għandu mhux iffirmat.

Il-Gvern ikkonsulta mas-Sovvratendenza tal-Wirt Kulturali dwar il-bejgħ tal-Palazz ta’ Selmun? Il-Gvern kif qed jippjana li jbiegħ il-palazz u l-Lukanda ta’ Selmun; b’ċens jew bjegħ? X’se jkunu l-kundizzjonijiet tal-bejgħ? X’inhu l-proċess li bih il-Gvern se jbiegħ dawn l-artijiet f’Selmun? X’mekkaniżmu se jintuża? Il-Gvern se jagħti stima jew se jsir bħal ma seħħ fl-ITS?

Il-project brief għandu jelenka x’jista’ jsir fuq is-sit, sostniet Marthese Portelli, li staqsiet liema huxm l-awtoritajiet u aġenziji tal-Gvern li qed jiġi konsultati fid-dokumneti għas-sejħa għall-offerti. X’inhuma l-perjodu li fihom il-gvern se joħroġ l-offerti? Kemm-il ġimgħa se jagħti l-Gvern biex jintefgħu l-offerti? M’għandux isi rperjodu qasir biex min jaf l-offerti minn qabel ikun aġevolat.

Hemm barra demm min jaf x’qed iseħħ, sostniet Martehse Portelli. Min se tkun l-aġenzija li se toħroġ l-offerti? Se tkun Project Malta, jew min ħa ħsieb id-deal tal-Electrogas, taż-Żonqor u tal-VITALS? Min se jkun il-ministru responsabbli mill-bejgħ? Min hu l-ministru li se jkun qed isegwi li l-kundizzjonijiet kollha fil-kountratt qed ikunu sorveljati kollha, stsqsiet Marthese Portelli.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *