Hemm bżonn tinħoloq Awtorità tal-Kiri bi rwol ta’ regolatur – il-GWU

LOKALI

Il-General Workers Union proponiet li tinħoloq Awtorità tal-Kiri li tieħu r-rwol ta’ regolatur bid-dmir li tkun il-Bord tal-Kera u bil-kapaċità ta’ Tribunal. Il-propsota hija waħda minn sensiela li tħabbru mis-Segretarju Ġenerali tal-union Josef Bugeja dwar is-suq tal-kera. Is-Sur Bugeja qal li l-awotrità hija meħtieġa biex das-suq ikun regolat u jinħoloq bilanċ u protezzjoni kemm għas-sid tal-propjetà kif ukoll għal min jikri.

Is-Sur Bugeja qal li l-Awtorità tal-Kiri għandu jkollha poteri ta’ infurzar. Ippropona wkoll li jinħolqu linji gwida tal-valur tal-propjetajiet skont id-diversi żoni tal-pajjiż, li jservu ta’ referenza għas-sidien kif ukoll għall-inkwilini prospettivi. Il-GWU qalet li l-kera għandha tiġi stabbilita skont perċentwal ġust tal-valur attwali tal-propjetà, filwaqt li l-kirja għandha tiżdied skont l-għoli tal-ħajja, u tiġi riveduta kull erba’ snin. Il-Union ħeġġet ukoll lill-Gvern biex jagħti incentivi fiskali biex iktar postijiet ikunu jistgħu jinkrew.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *