ARA: L-invażjoni tal-bram tasal sa Għawdex ukoll

 

LOKALI

Ftit tal-jiem ilu, TVM kien irrapporta li xi xtajtiet Maltin kienu miksijin b’tapit ta’ bram.

Jidher li l-invażjoni tal-bram waslet f’Għawdex ukoll hekk kif il-filmat juri numru kbir ta’ bram fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra.

Iżda dawk li jħobbu s-sajf m’għandhomx għal xiex jinkwetaw l-għaliex, il-Professur Alan Deidun, li jmexxi l-kampanja ‘Spot The Jelly Fish’, serraħ moħħ il-Maltin u l-Għawdxin meta qal li jemmen li dan is-sajf mhux se jkun daqshekk ta’ periklu għall-għawwiema għaliex l-ammont ta’ bram għandu jonqos.

Din l-ispeċi ta’ brama hija magħrufa bħala mauve stinger.

Ara wkoll:

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *