FILMAT: Ir-raba’ edizzjoni tal-Festa tal-Fjuri fl-Iklin

Il-Ħadd, 13 ta’ Mejju 2018

Il-Kunsill Lokali tal-Iklin organizza r-raba’ edizzjoni tal-Festa tal-Fjuri.

Triq Anton Buttigieg inqasmet f’diversi żoni, fosthom Eco Cafe, għal taħdidiet pubbliċi u oħrajn għal marċi, għat-tfal u għat-tberik tal-annimali.

Tfal bejn is-6 u t-12-il sena kellhom l-opportunità jiddiżinjaw qsari tal-fjuri għal ommhom, lejlet Jum l-Omm, bl-għajnuna wkoll tal-iScouts tal-Iklin.

Ma’ NET News, is-Sindku tal-Iklin, Tony Dalli, esprima s-sodisfazzjon tiegħu li għal darb’oħra, din l-attivita kienet suċċess.

Matul l-attività, il-Kunsill Lokali ppromwova wkoll ix-xarba tal-klin, minfejn oriġina isem l-Iklin.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *