7 persuni jimirdu minħabba ikel ikkontaminat f’Monte Karmeli

Christoph  Schwaiger

Seba’ persuni żviluppaw sintomi ta’ gastroenteritis wara li kkonsmaw ikel kontaminat fl-Isptar Monte Karmeli.

Fi stqarrija, il-Ministeru tas-Saħħa qal li l-ikel kontaminat ġie kkonsmat waqt sessjoni ta’ taħriġ għat-tobba. L-ebda pazjent ma ġie affetwat. Il-każ ġie rrappurtat dalgħodu.

Is-Supretendent għas-Saħħa Publika qed jivestiga dan il-każ. Skont il-Ministeru, l-ikel ġie ordnat minn kumpanija tal-outside catering.

Il-gastroenteritis hija kundizzjoni komuni li tista’ tikkawża r-rimettar u d-dijarea.

Wieħed jista’ jimrad bil-gastroenteritis jekk jiekol ikel kontaminat. Dan jiġri jekk persuna infettata bil-marda ma taħsilx idejha qabel ma ssajjar jew jekk wieħed jiekol ikel li ġie f’kuntatt ma’ xi ħaġa kontaminata.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *