Tista’ tara l-Festival Internazzjonali tan-Nar mill-Forti Sant’Anġlu

Heritage Malta se tiftaħ il-bibien ta’ Forti Sant’Anġlu biex wieħed ikun jista’ jsegwi s-17-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar fil-Port il-Kbir.

Is-swar ta’ din il-forti joffru l-aħjar post biex jiġi segwit dan l-ispettaklu.

Il-Festival se jsir nhar it-Tnejn li ġej.

Żjara bi gwida tal-forti u ikel se jkunu pprovduti matul is-serata mis-7pm. Biljetti għad-dħul fil-Forti Sant’Anġlu jistgħu jinkisbu kemm mill-mużewijiet u siti ta’ Heritage Malta, kif ukoll onlajn minn hawn.

Il-biljetti jiswew €15. L-istudenti, membri ta’ Heritage Malta u l-anzjani jħallsu €12.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *