Il-Gozo Channel issib is-sieħeb tagħha għas-servizz ta’ fast ferry

Nicole  Borg
Il-Gozo Channel għażlet kumpanija mis-sebgħa li esprimew interess li jissieħbu magħha biex flimkien joffru s-servizz ta’ fast ferry bejn Malta u Għawdex.
Fi stqarrija, il-Ministeru għal Għawdex spjega li l-Gozo Channel ħarġet sejħa għall-interess fi Frar u issa għażlet lill-Islands Ferry Network Limited – kumpanija ta’ Magro Brothers Investments Ltd u Fortina Investments Ltd.

Fil-jiem li ġejjin il-Gozo Channel se titfa’ l-offerta tagħha għall-Kuntratt ta’ Konċessjoni Pubblika dwar il-proġett. It-tender jagħlaq fi ftit jiem, propjament fis-26 ta’ April.

Is-servizz ta’ fast ferry mistenni jiġi offrut permezz ta’ catamaran li tiflaħ massimu ta’ 350 passiġġier.

Fil-jiem li għaddew, waqt żjara fuq l-istand tal-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG) fl-Università ta’ Malta, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-ftehim tas-servizz tal-fast ferry mistenni jintlaħaq sal-aħħar tax-xahar.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *