“Bżonn kinsa bla ħniena biex il-familji Għawdxin ma jinqerdux” – Maġistrat

Charmaine  Attard

Il-Maġistrat Joe Mifsud saħaq li hemm bżonn ta’ aktar kordinazzjoni bejn il-Forzi tal-Ordni f’Malta u Għawdex biex bla ħniena jikinsu t-toroq Għawdxin minn min qiegħed jeqred tant familji b’għemilu.

Dr Mifsud għamel dan l-appell fl-għoti tas-sentenza tar-raġel mix-Xagħra li ntbagħat ħames snin ħabs wara li nstab ħati li kien imexxi d-droga.

Enfasizza li l-flaġell tad-droga qed ikompli jinxtered f’forom u f’dimensjonijiet li fi kliemu jimpressjonawk.

Il-Maġistrat fakkar fi kliem l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech fil-15 ta’ Awwissu li għadda, meta qal li d-droga hi ġerħa serja f’Għawdex u li hemm xibka mifruxa sew u li fiha qed jinqabdu mhux biss żgħażagħ imma anke tfal taħt l-età.

Ritratt: visitgozo.com

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *