RITRATTI: Ikompli l-Karnival tan-Nadur fost spettaklu ta’ kostumi oriġinali

NET News Malta

Wara l-ispettaklu ewlieni tas-Sibt filgħaxija, ilbieraħ komplew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival fin-Nadur.

B’ħafna mill-Maltin li jibdew jirritornaw lejn Malta minħabba x-xogħol tagħhom, il-Karnival matul il-lejl li għadda ħa laqta ferm iktar tradizzjonali fejn jispikkaw ferm iktar il-kostumi u maskarati, ħafna minnhom sempliċi imma b’ħafna ħsieb warajhom.

Il-Karnival spontanju tan-Nadur jiġi fi tmiemu għada u llejla mill-ġdid isir spettaklu fil-pjazza, biex b’hekk jagħlaq ħamest ijiem ta’ ċelebrazzjonijiet.

Sadattant dawn huma wħud mill-kostumi li laqtu l-għajn tas-Sindku tan-Nadur, Edward Said, li flimkien mal-Kunsill Lokali jkun ilhom xhur twal iħejju għal dan l-avveniment uniku. Ritratti wkoll grazzi għal Annette Portelli Said u Anaca Photography.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *