Jgħidu le għat-tneħħija tal-monument ta’ Daphne

Stefan  Pullicino

Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta llejla irrifjuta mozzjoni li tressqet mill-kunsillier Ray Azzopardi sabiex jitneħħa “monument temporanju” li twaqqaf faċċata tal-Qorti, u li jfakkar fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fir-ruling tiegħu fi tmiem il-laqgħa, is-Sindku tal-Belt Alexei Dingli qal li din il-mozzjoni hija inaċċettabbli għaliex il-kunsill m’għandu l-ebda ġurisdizzjoni fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir.

Diversi persuni attendew għal din il-laqgħa tal-Kunsill fosthom l-armel ta’ Daphne Caruana Galizia, il-membru parlamentari Ewropew tal-PN David Casa, u l-membri parlamentari tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia.

Fil-laqgħa kien hemm diversi mumenti ta’ kommossjoni u ħinijiet minnhom kienu dominati minn għajjat u nuqqas ta’ qbil.

Intant in-Netwerk għas-Soċjetà Ċivili qal li qed japplika b’mod formali, biex isir monument f’ġieħ il-ġurnalista maqtula f’Misraħ l-Assedju l-Kbir.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *