Raġel imut u passiġġiera l-isptar wara li waqgħet siġra fuqhom

Matthew Borg

Sewwieq tilef ħajtu u l-passiġġiera kellha tiddaħħal l-isptar wara li waqgħet siġra fuq il-karozza li kienu fiha.

Il-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident fatali seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-6.30am fi Triq Notabile, l-Imrieħel.

Madankollu l-kelliema ma setgħetx tagħti aktar tagħrif dwar kif seħħ l-inċident, tqattċitx is-siġra minħabba l-maltemp, jew il-karozza baqgħetx dieħla fiha minħabba nuqqas ta’ viżibbiltà.

It-triq ingħalqet.

Minkejja dan, fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija aktar tard, ġie nnutat li minn studju preliminari fuq il-post, jirriżulta li x’aktarx is-siġra waqgħet fuq il-vettura li fiha kien hemm iż-żewġ persuni.

dawn huma r-raġel  ta’ 38 sena li kien joqgħod il-Mosta, u l-mara ta’ 32 sena li wkoll kienet toqgħod il-Mosta.

Ir-raġel ġie ċċertfifikat mejjet fuq il-post, u l-mara ddaħħlet Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

Ritratt: Times of Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *