11-il ħaddiema tal-Gvern f’Kemmuna: Ma jingħadx x’qed jagħmlu

 

F’kemmuna hemm 11-il ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Minsteru għal Għawdex iżda l-irwol tagħhom għadu mhux magħruf.

Fil-Parlament, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ma weġbitx għall-mistoqsija parlamentari tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex Chris Said meta staqsa dwar ix-xogħol li qed jagħmlu dawn il-ħaddiema.

Il-Ministru rreferiet lil Chris Said għat-tweġiba li kienet għamlet f’Ottubru li għadda u qalet li m’għandha xejn x’iżżid.

Dakinhar kienet qalet li meta ma jkunx hemm lok għalihom fuq Kemmuna, jirrapportaw Għawdex stess, biex iwettqu dmirijiethom skont il-bżonnijiet li jkun hemm.

Mistoqsija simili kienet saret lill-eksMinistru Anton Refalo f’Novembru tal-2015 u dakinhar kien qal li hemm tliet ħaddiema mad-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp. Kien spjega li tnejn minnhom kienu nkarigati biex inaddfu l-latrini filwaqt li l-persuna l-oħra kienet responsabbli miż-żamma u t-tindif tal-bajjiet.

F’Kemmuna jgħixu tliet residenti, kollha mill-istess familja.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *