Ir-raġel li nstab b’għonqu mħanxar f’għalqa f’Għawdex

Gharb – Ghawdex

Minn Charmaine  Attard

 

Katavru ta’ raġel instab mal-art f’għalqa fl-Għarb.

Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt ir-raġel bla ħajja u li kellu xi dmijja, nstab fl-inħawi tal-Kappella ta’ San Dimitri.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li r-raġel, li hu barrani, inqatel b’tir u nstab b’għonqu mħanxar.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li ġew infurmati ftit qabel it-8am.

Minn informazzjoni li kiseb Newsbook.com.mt jidher li l-katavru huwa ta’ Walid Salah Mohamed, Eġizzjan ta’ 42 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex. L-istess sorsi qalu li l-vittma kien miżżewweġ Għawdxija u kellhom żewġt itfal.

Għadu mhux magħruf jekk inqatilx fl-inħawi tal-Kappella, inkella tteħidx fil-post wara li nqatel.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-każ qed jiġi trattat bħala omiċidju u li x’aktarx inqatel b’tiri t’arma tan-nar.

Min hu r-raġel maqtul?

Fl-2015, Walid Salah Mohamed, kien instab ħati mill-Qorti ta’ Għawdex li weġġa’ ħafif lis-sieħba tiegħu, omm uliedu.

Dakinhar, is-sieħba tiegħu qalet li kien heddida li jitfgħalha l-aċtu għal wiċċha jekk it-tfal jattendu għal-lezzjonijiet tar-reliġjon. Hu kien instab ħati u ġie kkundannat 12-il xahar ħabs u multa.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *