Ritratt: Konrad Mizzi ‘jiċċelebra’ t-talba li jitkeċċa

Victoria – Gozo

Id-deċiżjoni tal-Ministru Konrad Mizzi li jmur jiċċelebra ġo bar f’Ghawdex ftit wara li Kumitat tal-Parlament Ewropew talab li jitkeċċa, qajmet kontroversja fuq il-midja soċjali.

Uħud, fuq gruppi tal-Whatsapp u anke ġurnalisti fuq Twitter qed iqisu dan bħala aġir mhux mistenni minn Ministru, li fi kliemhom messu jgħatti wiċċu bil-mistħija wara li delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għadha kif irrakkomandat li jitneħħa mill-poter, minħabba li ssemma fl-iskandlu tal-Panama Papers.

Mill-banda l-oħra dak li għamel Il-Ministru hu konsistenti ma’ dak li qal ilbieraħ mal-ġurnalisti. Dr Mizzi sejjaħ ir-rapport tad-delegazzjoni Ewropea, bħala “spin mill-Membru Ewroparlamentari David Casa”.

Wara l-inawgurazzjoni tal-Funtana tat-Tritoni fil-Belt Valletta, ukoll ilbieraħ filgħaxija, Dr Mizzi rħielha għal Għawdex, fejn attenda għat-tnedija ta’ boutique hotel u mbagħad mar jixrob f’bar ieħor.

Hemmhekk ittieħdu diversi stessi mal-Ministru Mizzi, li eventwalment ittellgħu fuq il-mezzi soċjali, partikolarment fuq Facebook u Instagram.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *